Tard l-Erbgħa filgħaxija, l-Awstralja, l-Istati Uniti u r-Renju Unit ħabbru alleanza ta’ sigurtà ġdida, inkluż sforz konġunt biex il-militar Awstraljan jakkwista sottomarini li jaħdmu bl-enerġija nukleari, madanakollu, mhux se jkunu qed iġorru armi nukleari.
Huwa mifhum li din l-alleanza saret biex tkun forza kontra ċ-Ċina.
F’konferenza diġitali bejn it-tliet mexxeja: Il-President Amerikan Joe Biden, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u l-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison, Biden tenna li t-tliet nazzjonijiet qed jagħmlu pass storiku biex tiġi mħarsa l-paċi u l-istabbiltà fiż-żona bejn l-Oċean Indjan u dak Paċifiku.