Raħal Ġermaniż jinsab magħluq għal kollox u l-Pulizija qiegħda tfittex raġel armat, li huwa suspettat li kien se jwettaq attakk bil-bombi.
Ir-raħal Chemnitz jinsab imdawwar bil-Pulizija li qiegħdin jissieltu kontra dik imsejjħa bħala theddida serja. Il-Pulizija qiegħda ddur blokka blokka fl-appartamenti, wara informazzjoni li waslitilhom lbieraħ filgħaxija. Daħlet ukoll f’appartament minnhom bil-forza, iżda ma nstabx is-suspettat.
Ir-residenti tal-belt huma ordnati jibqgħu fi djarhom filwaqt li ħadd ma jista’ jidħol fir-raħal.
Chemnitz huwa raħal li fih jgħixu aktar minn 200,000 persuna. Jinsab fil-Lvant tal-pajjiż, lejn in-nofsinhar ta’ Berlin u Leipzig, qrib il-fruntiea mar-Repubbika Ċeka.