Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, ġie deskritt bħala wieħed ta’ mexxej ‘all over the place’ minn analiżi indipendenti ppubblikata fil-ġurnal Maltatoday tal-Erbgħa filgħodu.
Grech indirizza ftit partitarji leali li nġabru għall-protesta quddiem l-istazzjon nazzjonali u d-diskors tiegħu ma offra ebda alternattivi jew strateġiji konkreti.
Filwaqt li d-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela kien deskritt bħala strateġiku u li ffoka fuq numru ta’ affarijiet li qed jew se jitwettqu, id-diskors ta’ Bernard Grech kien deskritt bħala wieħed dominat mill-biża’ li ma jibqax jintgħoġob minn għaqdiet bħal Repubblika. Repubblika hija l-organizazzjoni ta’ Robert Aquilina, li kienet fost dawk li ħadmu biex Bernard Grech tpoġġa fil-kariga.
Filwaqt li l-analiż indipendenti qabdet is-suġġetti diversi li semma Grech, qalet li ma kienx kapaċi jpoġġihom b’mod konvinċenti u effettiv. Grech isib diffikulta biex jibgħat messaġġ koerenti, qalet b’mod ċar l-analiżi tal-ġurnalist James Debono.
L-istess analiżi kritikat lill-Prim Ministru li ma tkellimx biżejjed dwar il-ħaddiema barranin, u nnotat id-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar riformi fis-settur tal-ippjanar.
Irreferiet ukoll għall-messaġġ tiegħu dwar iċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa. Qalet li din miżura, li jista’ jkun qed tindara, il-Prim Ministru żvela fid-diskors tiegħu li llum il-gvern qed jinvesti fiha d-doppju ta’ meta bdiet. U sostna li għajnuniet simili jibqgħu jingħataw biss sakemm ikun hemm il-Partit Laburista fil-gvern.