Alfred Zammit ġie elett bħala l-ewwel sindku Laburista tal-Belt Valletta waqt li s-Sur Raymond Azzopardi se jkun il-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Belt.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għar-riżultat, is-Sindku elett tal-belt Valletta fisser ir-riżultat bħala wieħed storiku. Qal li se jaħdem għall-Beltin kollha huma min huma għax qal li “għalina l-belt Valletta tiġi l-ewwel.
Min-naħa tiegħu, is-Sur Azzopardi li fil-ħames snin li ġejjin se jokkupa l-kariga ta’ Viċi Sindku ta ħajr lill-kandidati kollha tax-xogħol li wettqu. B’messaġġ ta’ għaqda huwa awgura lil Alfred Zammit li se jkun is-Sindku tal-Belt.
“Nawgura lil Alfred Zammit bħala s-Sindku tiegħi u tal-Beltin kollha. Se nkunu qegħdin naħdmu biex il-Belt Valletta kienet, għadha u se tibqa’ għar-residenti”, temm jgħid Azzopardi.