Alfred Sant, Trevor Żahra u Maria Grech Ganado.
Huma dawn fost oħrajn li ġew rikonoxxuti waqt iċ-ċerimonja tal-premju nazzjonali tal-ktieb, l-ogħla premju letterarju f’pajjiżna.
Il-ktieb 365 ta’ Trevor Żahra, kien ir-rebbieħ tal-premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kateġorija tan-novelli bil-Malti u bl-Ingliż.
Iċ-ċerimonja tal-kunsill nazzjonali tal-Ktieb saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
F’diskors qasir, is-Sur Zahra spjega li l-għan ewlieni tal-aħħar ktieb li ħareġ kien biex aktar jaqraw bil-Malti. Huwa stqarr: “L-iskop tiegħi kien li nagħti ftit qari ta’ klljum u jekk aħna għaddejin minn żmien il-Milied, mis-sajf jew mil-istaġun tal-maltemp, dak li jkun se jaqra xi ħaġa fuq l-ambjent li għaddej fih, u naħseb li hekk il-qarrej iħossu aktar interessat.”
Fiċ-ċerimonja ġie rikonoxxut ukoll Dr Alfred Sant għall-karriera letterarja distinta u tas-sehem qawwi li ta fil-letteratura.
Is-sinjura Maria Grech Ganado, bil-ktieb tagħha ‘Framed’ kienet ir-rebbieħa tal-aqwa poeżija bil-Malti u bl-Ingliż. Din ma kinitx l-ewwel darba li Grech Ganado rebħet dan l-unur, tant li l-poetessa ingħatat l-unur tal-premju Poeta Lawreat.
L-awtur Joseph Pirotta rebaħ il-kategorija tar-riċerka ta’ natura bijografika u storjografikà. Is-Sur Pirotta stqarr: “Jiena xtaqt inkun naf u nirrispondi mistoqsijiet li kienet prinċipalment din: Malta wara l-gwerra kienet imfarrka fiżikament u ekonomikament, 20 sena wara sirna indipendenti . X’kienu l-affarjiet li wasslnuna għal dan il-pass kbir.”
Fiċ-ċerimonja l-President ta’ Malta George Vella wera apprezzament għall-isforzi kbar li qed jagħmlu l-awturi.
Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici feraħ lill-awturi finalisiti u r-rebbieħa kollha u rrimarka dwar l-iżviluppi pożittivi fis-settur letterarju Malti.
Għal din iċ-ċerimonja attenda wkoll il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela.