Il-Membru Parlamentari Ewropew, Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea jekk għandhiex pjanijiet biex isegwi mill-qrib l-investigazzjonijiet tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru Ryanair. Sant staqsa wkoll lil Kummissjoni għandhiex pjanijiet li twettaq investigazzjonijiet simili fuq trasportaturi li għandhom strutturi ta’ prezzijijiet simili.
Fil-21 ta’ Settembru, l-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni fetħet investigazzjoni fuq ir-regoli tal-linja tal-ajru Ryanair li jżommu l-flus lil passiġġieri li jġorru l-hand luggage. Il-konsumaturi jistgħu biss iġorru b’xejn handbag jew bagalja tal-laptop, filwaqt li l-konsumaturi iħallsu għal hand language ta’ 10kg.
L-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana qalet li dawn l-oġġetti huma elementi essenzjali għat-trasport u għalhekk Ryanair u linji oħra tal-ajru, għandhom jinkludu l-prezz sħiħ tal-ispejjez tal-konsumatur.
L-istess Awtorità qed takkuża lir-Ryanair bi prattiċi kummerjċli inġusti għax din il-prattika titfa’ ċ-ċpar fuq il-prezz finali tal-biljett, u ma tħalliex lok għal paragun korrett mal-prezzijiet tal-linji tal-ajru l-oħra.