Alfred Sant se jitkellem dwar l-isfidi ta’ Għawdex fl-Ewropa waqt Konferenza bit-tema ‘L-isfidi ta’ Għawdex fl-Ewropa’ fil-Grand Hotel, l-Imġarr, Għawdex nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu fis-6.30pm.
Il-Konferenza se tiddiskuti x’sehem jista’ jkollu Għawdex mill-Budget Ewropew (2021-2027), turiżmu sostenibbli għal Għawdex, il-problema tal-‘brain drain’ f’Għawdex, il-bżonn ta’ investment barrani f’Għawdex, il-proposta tal-Awtorita` Reġjonali għal Għawdex, il-kaċċa u l-insib f’Għawdex.
Il-kummentatur politiku Emanuel Cuschieri se jindirizza wkoll il-Konferenza.
‘Il-futur ta’ Għawdex fl-Ewropa’ qed tkun organizzata mill-Uffiċċju ta’ Għawdex tal-MEP Alfred Sant bl-kollaborazzjoni tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej (S&D). Il-moderatur tal-Konferenza se jkun Dr Christian Zammit. Il-pubbliku mistieden jipparteċipa fil-Konferenza.
M’hemmx għalfejn wieħed jibbukkja minn qabel. Id-dħul huwa b’xejn. Dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju ta’ Alfred Sant fuq info@alfredsant.eu jew iċemplu 21490705.