L-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Alfred Sant erbaħ €2,000 fil-Qorti lill-eks Ministru Nazzjonalista Ninu Zammit.
Alfred Sant fetaħ kawża ta’ libell kontra l-Perit Zammit wara diskors quddiem iċ-Ċentru Nazzjonalista ta’ Marsaxlokk fi Frar tal-2008 li mmalafama lil Sant.
Hawnhekk, il-Perit Zammit sostna li meta kien president tal-Patit Laburista, Sant ma ppruvax iwaqqaf lil Lorry Sant, u għalhekk, huma t-tnejn kienu “korrotti”.
ll-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, qalet li Zammit ma ressaqx biżżejjed provi dwar dak li allega f’diskorsu. Sostniet ukoll li l-eks Ministru Nazzjonalista kien inġust meta qal li Alfred Sant ma’ għamel xejn, għaliex hu ma kienx jokkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista fiż-żmien fejn Lorry Sant għamel dak li semma l-Perit f’diskorsu.
Għalhekk, il-Qorti qalet li Ninu Zammit huwa ħati ta’ malafama fil-konfront ta’ Alfred Sant, u dan kien ordnat iħallas kumpens ta’ €2,000.