Ġimagħtejn oħra jagħlaq 47 sena iżda llum jgħid li għandu tliet ġimgħat ħajja. Alfred Attard magħruf bħala ‘Fredu l-Kowċ’ riċentament għadda minn episodju f’ħajtu li biddilu ħajtu u għallmu jagħraf aktar il-valur tal-ħajja.
It-Tnejn 21 ta’ Ottubru 2019 ftit wara d-9:30pm, Alfred kien passiġġier f’karozza misjuqa minn neputih. Karozza oħra baqgħet dieħla ġo fihom bil-konsegwenza li Alfred daħluh jiġri l-isptar u ra l-mewt.
Il-personalità magħrufa fuq l-istazzjon ONE permezz tal-programm sportiv ‘L-Argument’ mhux biss qatta’ xi ħin fit-taqsima tal-kura intensiva iżda propju qabel wasal l-isptar kien konxju li n-nifs beda jonqoslu ra l-mewt.
Ara l-intervista sħiħa hekk kif imxandra dalgħodu fil-programm ONE Breakfast.