Il-figura ewlenija tal-Oppożizzjoni Russa, Alexei Navalny, ittieħed mill-ħabs fejn kien qed jinżamm għal post mhux magħruf. Dan skont partitarji tiegħu.
Fil-fatt, għaddiet aktar minn ġimgħa mindu ġie stabbilit l-aħħar kuntatt ma’ Navalny.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Filwaqt li l-post fejn Navalny qed jiġi miżmum għadu mhux magħruf, il-partitarji tiegħu qalu li l-Ġimgħa seta’ ttieħed f’ċentru ta’ detenzjoni b’kundizzjonijiet aktar ħorox.