Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Nvalany qed jaffaċċja akkuża kriminali ġdida. Din id-darba l-Kritiku ta’ Vladimir Putin qed jiġi akkużat li waqqaf organizzazzjoni li biha ħeġġeġ Russi jiksru l-liġi.
Din l-akkuża ġdida tista’ ttawwal is-sentenza ta’ ħabs li diġà qed jiskonta bi tliet snin.
Skont l-istqarrija li ħareġ il-Kumitat Investigattiv, Navalny u l-alleati tiegħu użaw il-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni biex jappellaw lir-Russi biex jieħdu sehem fi protesti mhux awtorizzati f’Jannar li għadda. Protesti, li skont l-awtoritajiet Russi, kienu illegali.