Il-Gvern Ġermaniż qal li testijiet tossikoloġiċi kkonfermaw li l-Kap tal-Opożizzjoni Russu, Alexei Navalny, ġie vvelenat bin-Novichok.
Navalny bħalissa qed jiġi kkurat mit-tobba Ġermaniżi fi sptar f’Berlin.
Kollox beda meta Navalny ħassu ma jiflaħx meta kien fuq titjira fir-Russja minn Tomsk għal Moska.
Qed ikun suspettat li l-velenu tpoġġa f’tazza te li ħa Navalny fl-ajruport ta’ Tomsk.
Il-Gvern Ġermaniż ikkundanna dan l-attakk u talab lir-Russja biex tagħti spjegazzjoni ta’ dan.