Hekk kif qed toqrob dejjem aktar il-kompetizzjoni prestiġġjuża tal-Polo, l-Alexandria 2 Goal Tournament, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar se ssir parata bil-parteċipanti kollha fit-toroq tal-Belt Valletta.
L-Alexandria 2 Goal Tournament se ssir is-Sibt 11 ta’ Marzu fil-Marsa u se tlaqqa’ kontra xuxlin erba’ timijiet. Kull tim se jilgħab kontra xulxin sakemm iż-żewġ timijiet bl-akbar ammont ta’ punti jilgħabu fil-finali. L-avveniment se jibda fl-10.30 ta’ filgħodu bil-finali tibda f’nofs-in nhar.
Bi preparazzjoni għal dan it-turnament, il-parteċipanti kollha se jkunu qed jieħdu sehem b’parata fuq iż-żwiemel rispettivi mat-toroq tal-Belt. Din il-parata se ssir nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar u tibda fis-2 ta’ wara nofs-in nhar minn Misraħ Kastilja. Il-parteċipanti jinżlu lejn Pjazza San Ġorġ akkumpanjati mill-Kavallerija tal-Pulizija u jirritornaw lura Kastilja.
L-erba’ timijiet parteċipanti huma:
Madhatter (Matthew Borg, Matthew Grech, Simon Psaila & Ben Farrugia)
The Mixed Bag (Jeremy Besancon, Alfie Manduca, Greg Gera & Max Galea)
The Mariners (Jean Vella, Karl Galea, Chris Delia & Josephine Lorenz)
The Shrimps (Martin Arrigo, Julian Mamo, Kate Borg, Mark Darmanin & Bradlee Farrugia)
Dan l-avveniment qed isir bl-appoġġ ta’ Equestri Malta.