Il-President il-ġdid tal-Partit Laburista hu l-Avukat Alex Sciberras. Hu ilu involut fil-Partit għal dawn l-aħħar 20 sena u kien l-ewwel Sindku Laburista tal-Imsida fl-2006.
Sciberras ġab 51% tal-voti mixħuta mid-delegati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn 721 vot huwa ġab 365 vot, filwaqt li l-kandidata l-oħra Norma Saliba ġabet 350 vot.
Kien hemm żewġ astensjonijiet u 5 voti invalidi.
Qabel Sciberras kienet tokkupa din il-kariga Ramona Attard.