It-tieni ranking tournament tas-snooker organizzat mill-MBSA li intlagħbet fl-Akkademja tas-snooker fil-Ħamrun intrebaħ minn Alex Borg li fil-finali għeleb lil Duncan Bezzina bil-puntegg ta’ 5 frames kontra 4.
Sal-intervall Bezzina kien fil vantaġġ ta’ 3-1, pero finalment kien Borg li dawwar ir-riżultat għall 5-4.
L-aħjar break f’din il-finali kien ta’Alex Borg, 66 punt, finali li kienet irrefjata minn Maurice Calleja.
Ta min jgħid li l’għola break f’dan it-tournament sar minn Alex Borg fil kwarti tal finali, break sabiħ ta’ 133.