“Issa fit-8 ta’ Ġunju rrid nerġa’ nara dik il-mappa tinbidel għal blu ġewwa Għawdex.”
Din kienet id-dikjarazzjoni tad-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Alex Borg f’attività politika tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żebbuġ, il-Ġimgħa filgħaxija.
Attività politika Nazzjonalista li fiha kompla jispikka kif għall-Partit Nazzjonalista li jimporta biss huwa li jkun fil-poter.
“Issa fit-8 ta’ Ġunju rrid nerġa’ nara dik il-mappa tinbidel għal blue ġewwa Għawdex.”
Alex Borg – Deputat tal-PN
Din mhux l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista wera biċ-ċar il-kilba tiegħu għall-poter.
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-librar tal-Parlament Ewropew u Kandidat Nazzjonalista Peter Agius qal hekk.
“Fit-8 ta’ Ġunju nibdew mewġa, irridu nibdew mewġa, mewġa ta’ bidla.”
Peter Agius – Kandidat tal-PN
Tal-istess fehma huwa wkoll id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri.
“Pajjiżna fi żmien sentejn se jkollu Gvern Nazzjonalista mill-ġdid.”
Justin Schmebri – Deputat tal-PN
Intant, il-Kandidat Nazzjonalista David Casa f’dagħdida sħiħa ftit tal-jiem ilu, waqqa’ kompletament il-maskra tal-Partit Nazzjonalista u l-intenzjonijiet tiegħu hekk kif hedded li se jagħmel gwerra qaddisa fil-konfront tal-laburisti.
“Fil-Parlament Ewropew se nagħmel ħilti kollha, gwerra qaddisa biex nara li dawn in-nies posthom ma jkunx Kastilja. Jiena se nagħmel gwerra kontra tagħhom, bl-għodda kollha,li qatt m’użajt s’issa.” “Jekk Alla jrid, intajru anki lillhom issa fi ftit tas-snin oħra.”
David Casa – Kandidat tal-PN
TO END //