Illum waqt it-tieni ġurnata tal-Kampjonat Dinji tas-Snooker li qed isir f’Golem, l-Albanija, Alex Borg reġa’ kellu rebħa konvinċenti oħra ta’ 3-0.
L-avversarju ta’ Borg illum, minn Grupp C, kien ir-Rumen Cristian Surdea li ftit ta problemi lill-plejer malti għalkemm fit-tielet frame kien hemm waqtiet li kellu vantaġġ. B’hekk Borg issa minn l-ewwel żewġ logħbiet ma’ tilef l-ebda frame. Il-punteggi ta’ tat-tliet frames tal-lum kienu 75-17; 73-38; 62-43. Mill-istess Grupp l-Ingliż Connor Benzey bħal Borg għadu ma’ tilef l-ebda frame għalkemm waħda mir-rebħiet tiegħu ġiet miksuba minn walk-over. Hemm probbabilta’ li l-logħba ta’ bejniethom ta’ nhar it-Tlieta tkun għal minn jirbaħ il-grupp.
Għada jerġa jkun fl-azzjoni Aaron Busuttil fejn minn Grupp A imissu t-tieni l-logħba, din id-darba, kontra l-Belġjan Pechenart Olivier li l-bieraħ tilef 3-0 kontra l-Ingliż, Chae Ross. Minn dan il-grupp il-player Muhammad Awais tal-Pakistan ġie kkonfermat li rtira mill-kompettizjoni.