L-attakk li għamel fl-aħħar jiem Kevin Cassar, ħaten Beppe u Michael Fenech Adami, fuq id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Alex Borg ħoloq kriżi ġdida fil-Partit Nazzjonalista.
Kienu ftit id-deputati Nazzjonalisti li ħarġu għonqhom għal Borg u, fil-mument tal-prova, jiġifieri waqt il-laqgha tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista t-Tnejn, ħallewh waħdu.
Iżda sors minn ħdan il-Partit Nazzjonalista stess qal lil ONE News li “Alex (Borg) ma ntebaħx li meta teħodha kontra Karol u sħabu, tkun qed tiġġieled ma’ ħajt. Hekk ġralu Alex biex, issa, kull saħħa politika li qatt seta’ kellu, spiċċatlu, għax Karol, Beppe u sħabhom tal-fazzjoni estremista issa għajnejhom fuqu u kull ċaqliqa li jista’ jagħmel se jkunu lesti biex jieqfulu b’saħħa”.
L-istess persuna indikatilna wkoll li l-pass li jmiss min-naħa tal-fazzjoni estremista se jkun li lil “(Alex Borg) iħarbtuh fuq Għawdex u dan se jagħmluh billi jimbottaw kemm jifilħu l-kandidatura ta’ Beppe Galea, (impjegat ta’ David Casa u midħla sew tal-familja ta’ Bernard Grech) u qed imexxilu l-kampanja Michael (Fenech Adami)”.
“Alex issa spiċċa f’rokna, għarkupptjeh quddiem il-fazzjoni estremista u mingħajr saħħa politika. Jekk qatt xi darba jkun hemm Gvern Nazzjonalista, Alex jista’ jinsa l-Ministeru għal Għawdex, għax, fl-aħħar mill-aħħar, ikun Karol li jiddeċiedi (min ikun Ministru) ta’ xiex … u issa li (Alex) ipprova jeħodha kontra Karol, iċ-ċansijiet tiegħu li javvazna (fil-PN) spiċċawlu għal kollox”, temm jgħid is-sors tagħna.
Aqra Aktar: