Alex Borg, magħruf bħala ċ-Ċoqqos ta’ 38 sena minn San Ġwann huwa r-raġel li tilef ħajtu b’mod traġiku bil-mutur tiegħu f’inċident fil-bypass tal-Imrieħel, f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ ftit wara nofsinhar tal-Ħadd, wara li seħħet ħabta bejn il-mutur li kien qed isuq ġo karozza, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 26 sena minn Tas-Sliema.
Kif jixhed il-profil ta’ Borg fuq Facebook, huwa kien dilettant kbir tal-muturi.
Sfortunatament, Borg miet fuq il-post tal-ħabta fil-bypass tal-Imrieħel.
https://www.one.com.mt/2020/04/12/sewwieq-ta-mutur-jitlef-hajtu-fincident-tat-traffiku-fl-imriehel-2/