Alex Borġ huwa ċ-champion tal-Kampjonat Masters tas-Snooker lokali. Dan hekk kif fil-finali li ntlagħbet il-Ġimgħa filgħaxija fl-Akkademja tas-Snooker il-Ħamrun huwa għeleb lil Philip Ciantar bl-iskor ta’ 5-1.
Fi tmiem il-finali Borġ ġie ippreżentat bit-trofew mill-viċi president tal-Malta Billiarsd & Snooker Association is-sur Joseph Zerafa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intant David Farrugia rebaħ il-Kampjnat tat-3 Diviżjoni. Dan wara li fil-finali minn 7 frames huwa għeleb lil Chris Caychi bl-iskor ta’ 4-1.


