Id-Deputat Mexxej Laburista u Ewroparlamentari Alex Agius Saliba kiteb lill-Kummissjoni Ewropea wara li ġie deċiż li kors fil-lingwa Maltija jitwaqqaf għax, skonthom, kien hemm ftit applikanti li wrew interess.
Hu qal li dan hu inaċċettabbli, għax, bħal kull lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, il-ħaddiema fl-istituzzjonijiet għandhom id-dritt li japplikaw biex jingħataw taħriġ fl-għarfien tal-Ilsien Malti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Agius Saliba kompla li, kumbinazzjoni, kellu jkun il-Malti biss li tħalla barra minn dan it-taħriġ.
Għaldaqstant insista li l-kors jerġa’ jinfetaħ immedjatament għal dawk li wrew interess u applikaw.
“Il-Malti m’għandu xejn inqas minn lingwi oħrajn,” temm jiddikjara l-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew.