Dokumenti tal-qorti juru li l-pistola li l-attur ta’ fama mondjali Alec Baldwin spara u li biha qatel mara, ngħatat lilu mill-Assistent Direttur li qal lil Baldwin li l-pistola hija waħda sigura biex tintuża’.
Dan id-direttur li ismu għadu ma xxandarx fil-pubbliku ma kienx jaf li l-pistola kellha fiha munizzjon.
Iċ-ċinematografu Halyna Hutchins mietet kawża ta’ sparatura f’sidirha fuq is-set tal-film Rust.
Dan filwaqt li d-direttur Joel Souza li kien bilwieqfa wara Hutchins, indarab. Hu ngħata għajnuna għal ferita fi spalltu.
Fil-jum tal-Ġimgħa ħarġu aktar dettalji mill-investigazzjoni tal-pulizija dwar dan il-każ fosthom li l-ħwejjeġ ta’ Baldwin li kienu mdemmija flimkien mal-pistola li ntużat fl-inċident, qed jitqiesu bħala evidenza fl-investigazzjoni.
Baldwin kien interrogat mill-pulizija iżda ħadd għadu ma ġie mixli b’rabta ma’ dan l-inċident.