L-attur ta’ fama mondjali, Alec Baldwin, tkellem għall-ewwel darba fil-pubbliku wara l-inċident fatali li ħalla mara ta’ 42 sena mejta kawża ta’ tir sparat bi żball.
Dan hekk kif proprju ftit tal-jiem ilu, waqt teħid ta’ xena għal film bl-isem ta’ Rust, l-attur Alec Baldwin spara arma bħala parti minn xena mingħajr ma kellu ebda ħjiel li l-arma kien fiha t-tiri bil-konsegwenza li qatel membru mis-sett, u darab ukoll lid-Direttur tal-film.
F’kumment lill-midja, Baldwin tkellem favur it-tnaqqis tal-użu tal-armi fi produzzjoni tal-films sabiex tiġi pproteġġuta l-ħajja ta’ dawk preżenti fuq is-sett.
Spjega kif il-Pulizija wissewh biex ma jiddiskutix l-investigazzjonijiet li għaddejjin preżenti.
S’issa għadu mhux magħruf jekk hux se jittieħdu passi kontra xi ħadd b’rabta ma’ dan il-każ.