L-Attur Amerikan Alec Baldwin esprima x-xokk u r-rimors tiegħu wara li spara pistola li kellha tkun finta, u li minflok qatel liċ-Ċinematografu Halyna Hutchins, waqt li kienu fuq is-set tal-film b’tema western, Rust.
Fuq Twitter huwa tenna li jinsab f’kuntatt ma’ żewġha u li offra kull appoġġ u għajnuna tiegħu.
Baldwin tenna li għandu qalbu maqsum għal dak li ġara, u wera s-solidarjetà tiegħu lejn żewġha, binhom u lil kull min kien jaf lil Hutchins.
Huwa żied jgħid li m’għandu l-ebda kliem biex iwassal ix-xokk u d-dwejjaq li qed iħoss wara dan l-inċident traġiku.
L-attur deher emozzjonat fuq is-set filwaqt li qed jikkopera bis-sħiħ mal-investigaturi sabiex jiġi stabbilit kif seħħet din it-traġedja.
Id-Direttur tal-film weġġa’ wkoll u bħalissa jinsab rikoverat fi sptar.