Ir-raġel li kien responsabbli mid-dawl fuq is-sett tal-film li fih, l-Attur Alec Baldwin b’mod aċċidentali spara lejn u qatel lil Halyna Hutchins ix-xahar li għadda, qed ifittex legalment lill-Attur u membri oħra li kienu fuq is-sett dwar l-inċident.
Serge Svetnoy, ħabib ta’ Hutchins, qed jallega dwar negliġenza li rriżultat fi traġedja u stress emozzjonali kbir.
Qal li huwa skappa l-balla bi żbrixx.
L-awtoritajiet għadhom qed jinvestigaw l-inċident li seħħ fi New Mexico fil-wieħed u għoxrin t’Ottubru.
Sa issa, ħadd mhu jaffaċċja akkużi kriminali.
L-Assistent Direttur, Dave Halls qal lill-investigaturi li meta ta l-pistola lill-Attur, ħaseb li ma kellux balal fih u kien sigur biex jintuża.