Athletics Malta tħabbar li l-President tagħha, Aldrin Cassar, ippreżenta r-riżenja formali tiegħu minħabba raġunijiet personali. Din ir-riżenja tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2025, biex tippermetti transizzjoni u ġestjoni ta’ materji pendenti kif jixraq fi ħdan il-Kunsill.
Athletics Malta tesprimi l-gratitudni tagħha għall-President għad-dedikazzjoni, tmexxija u servizz tiegħu lejn l-atletika Maltija tul il-Presidenza tiegħu.
Aktar aġġornamenti dwar il-proċess ta’ transizzjoni, inkluż il-Laqgħa Ġenerali Annwali għall-elezzjoni ta’ President ġdid, jiġu kkonunikati fiż-żmien opportun.