Albaniż ta’ 33 sena li joqgħod fir-Rabat Għawdex ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi waqt argument.
L-argument bejn il-vittma u Albaniż ieħor ta’ 29 sena mir-Rabat Għawdex ukoll seħħ kmieni t-Tnejn filgħodu għall-ħabta tal-kwarta fi Triq il-Kunċizzjoni San Ġwann.
Il-vittma ttieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.