Albaniż ta’ 44 sena residenti n-Nadur, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Kerċem, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu fi Triq it-Tlettax ta’ Diċembru.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma intlaqat minn pompa tal-konkos waqt li kien qed juża l-istess makkinarju.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.