Albaniż ta’ 32 sena minn Ħad-Dingli weġġa’ gravi wara li kien qed isuq mutur u nqaleb.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, fi Triq il-Mitħna, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-Albaniż tilef il-kontroll tal-mutur Kymco Agility li kien qed isuq u nqaleb.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.