Il-Professur Alan Deidun se jkun appuntat Ambaxxatur tal-Oċean Malti mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela. Dan se jsir fuq rakkomandazzjoni tal-Ministru tal-ambjent u żvilupp sostenibbli Josè Herrera.
Skond il-Ministru Herrera, l-Ambaxxatur se jgħin biex isiru inizjattivi u jintlaħqu l-miri mistennija.
Il-Ministru Abela mill-banda l-oħra sostna li l-Ambaxxatur se jgħin biex Malta jkollha ċans ta’ siġġu fil-kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fis-sena 2022. B’hekk Malta jkollha dimensjoni aħjar li bih tkun tista’ tgħin iżjed fit-twettieq ta’ riformi dwar governanzna fl-oċeani u affarijiet marittimi.