Il-Ħadd filgħodu saret l-iSportMalta Charity Marathon, attivita’ li rat il-parteċipazzjoni ta’ madwar 500 atleta lokali u barrani. Maratona li telqet mir-Rabat u intemmet ix-xatt Tas-Sliema fuq distanza ta’ 42.195KM.
Il-Maratona l-Kbira intrebħet mill-malti Alan Camilleri. L-atleta ta’ Evolve Endurance Club kellu ħin ta’ saghtejn 33 minuta u 19-il sekonda. Huwa kien segwiet mill-atleta ieħor ta’ Evolve Endurance Club Andrew Grech li min-naħa tiegħu kellu ħin ta’ saghtejn 41 minuta u 44 sekonda. Fit-tielet post daħal l-atleta ta’ Mellieha AC Clyde Sciberras li ġera hin ta’ sagħtejn 56 minuta u 41 sekonda.
Il-Maratona tan-Nisa ġiet mirbuħa mill-maltija Margaret Cremona. Hija kellha ħin ta’ tlett siegħat 32 minuta u 46 sekonda. Cremona kienet segwieta fl-ordni mill-irlandiza Olwyn Dunne u l-brittannika Sarah Nicols.
Dominju malti wkoll fin-Nofs Maratona. Fil-kategorija tal-irġiel dahal l-ewwel l-atleta ta’ Mellieħa AC Dillon Cassar. Huwa kellu ħin ta’ siegħa ħames minuti u 17-il sekonda. Cassar kien sewgiet minn zewg maltin ohra. Luke Micallef ta’ Pembroke Athleta daħal it-tieni f’ħin ta’ siegħa seba’ minuti u 13-il sekonda. Simon Spiteri daħal it-tielet f’ħin ta’ siegħa disa’ minuti u 32 sekonda.
L-atleta ta’ Evolve Endurance Club Roberta Schembri rebħet in-Nofs Maratona tan-Nisa. Hija kellha ħin ta’ siegħa 17-il minuta u 36 sekonda. Schembri kienet segwieta minn Lisa Bezzina ta’ Pembroke Athleta b’ħin ta’ siegħa 19-il minuta u sekonda. L-irlandiza Catherine Thornton daħlet it-tielet.