Uffiċjal Tajlandiż stqarr, li Rahaf Mohammed al-Qunun, it-tfajla ta’ 18-il sena mis-Sawdi Arabja li ħarbet mill-familja tagħha u marret it-Tajlandja, ngħatat refuġju fl-Awstralja.
“Aħna nixtiequ nkunu nafu fejn sejra minħabba li l-Kanada wkoll offrewla refuġju, u qed jistennew id-deċiżjoni tagħha”.
L-aġenzija tar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti kienu rreferew ir-rikjesta għall-protezzjoni ta’ al-Qunun lill-Awstralja nhar l-Erbgħa li għadda.
Qunun, li qed toqgħod f’Bankok se tkun qed tħalli t-Tajlandja “meta d-deċiżjoni finali tittieħed”.
“Aħna qed nipprovdu s-sigurtà neċessarja”.