F’dawn l-aħħar erbà snin, Gvern Laburista wettaq il-maġġoranza assoluta tal-wegħdi li għamel lill-Għawdxin. Fil-fatt, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega li illum Għawdex qed jesperjenza tkabbir ekonomiku ta’ kważi 10 darbiet aktar minn dak tal-aħħar sena taħt Gvern preċedenti.
Ġie rreġġistrat ukoll rekord ta’ xogħol ġdid f’Għawdex u l-inqas livelli ta’ qgħad fl-istorja ta’ Għawdex. Għawdex kellu ukoll Rekord ta’ turisti b’aktar minn 1.1M bednight f’Għawdex fl-2016 (42% aktar mill-2012). Dan fost proġetti oħra mwettqa li llum qed jibbenefikaw minnhom l-Għawdxin. F’dan il-viżwali tista’ tifhem aktar x’wettaq Gvern Laburista f’Għawdex: