“Kburi li l-ħolma tiegħi ta’ għaxar snin ilu saret realtà, dik li l-gżira Għawdxija ssir id-dar naturali tal-politika progressiva.”
Iddikjara dan il-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat quddiem folla kbira fil-Pjazza ta’ Santa Margerita f’Ta’ Sannat Għawdex, hekk kif kompla jdur il-lokalitajiet biex flimkien ma’ martu jirringrazzja lill-poplu għall-appoġġ li dejjem tah.
Il-Prim Ministru qal kif għall-ewwel darba fl-istorja Maltija, il-ħaddiema u żgħażagħ Għawdxin qed isibu xogħol f’Għawdex stess.
“L-għażla tal-Għawdxin kienet illi jmorru itertqu ta’ kuljum Malta, l-għażla tal-Għawdxin u żgħażagħ għawdxin fis-snin li ġejjin tkun li jekk iridu jsiefru isifru jek irridu jahdmu malta jmorru iżda ser ikun hawn aktar xoghol f’għawdex ghal min irid” qal il-Prim Ministru.
Dr Muscat semma l-proġett ta’ 9 miljun ewro taċ-ċentru ta’ innovazzjoni, li minn fabrika mitluqa nbidlet f’magna tax-xogħol għall-Għawdxin.
Issa anka l-fabbrika l-antika tal-ħalib reġgħet saret ħadet il-ħajja fejn saret ċentru ta’innovazzjoni, mahniex ħa naħilbu l-baqar ħa naħilbu x-xogħol għall-Għawdxin għaż-Żgħażagħ Għawdxi li meta jmorru jistudjaw f’Malta fl-oqsma tat-teknolġija u tal-finanzi jafu li għandhom għażla.
Il-Prim Ministru semma wkoll kif f’Għawdex riċentament fetħet l-aqwa skola Medika fl-Ewropa li għażlet lill-gżira għawdxija bħala l-bażi tagħha.
“U min qatt kellu jgħidilna li minn sitwazzjoni bla investiment, bla investiment ta’ xejn ikollna u naslu f’sitwazzjoni fejn waħda mill-aqwa universitajiet tal-Ewropa tiftaħ il-bibien tagħha mhux f’Malta iżda f’Għawdex stess”
Huwa semma wkoll kif għall-ewwel darba fl-istorja politika Maltija, Għawdex għandu Membru Parlamentari Ewropew.
Qal li jinsab ċert li min ġej warajh, ikompli jibni fuq dak li diġà sar biex Għawdex jibqa’ jkollu investimenti bla preċedent.