Matul dawn l-aħħar 24 siegħa, Għawdex irreġistra aktar xita minn Malta. Ix-Xagħra f’Għawdex kienet l-aktar li għamlet xita hekk kif ġie rreġistrat 4.22mm. Wara nsibu x-Xewkija f’Għawdex bi 2.8mm, Ħad-Dingli bi 2.6mm, Ħal Luqa b’1.6mm, Selmun b’1.44mm, l-Imsida b’1.4mm, Bengħajsa b’1.4mm u l-Belt Valletta kienet l-anqas li ġie rreġistrat li niżlet xita b’0.6mm. Is-sit tat-tbassir tat-temp, FirstMalta, irrapporta kif illum wara nofsinhar is-sħab se jnaqqas ferm, u se toħroġ ftit xemx filwaqt li r-riħ se jitqawwa mill-Majjistral Forza 5 – 6.
L-ogħla temperatura mal-ġurnata se tilħaq is-16C u mal-lejl tinżel 11C