Għall-ewwel darba fl-istorja hawn inqas minn 1,700 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan qiegħed jitqies bħala numru rekord fl-istorja tal-pajjiż u saħansitra jikser ir-rekord li kellha l-amministrazzjoni ta’ Gorg Borg Olivier.
Statistika tal-Aġenzija tax-xogħol Jobsplus wriet li mill-2013, il-pajjiż ra tnaqqis konsiderevoli ta’ nies qiegħda fejn in-numru ta’ nies jirreġistraw kienu ta’ 5,681 persuna. Dan ifisser li mal-bidla tal-gvern kull jumejn, medja ta’ 5 persuna qiegħda sabu xogħol.
It-tnaqqis qawwi fil-qgħad inħass l-aktar fost iż-żgħażagħ fejn tul dawn l-aħħar 6 snin naqsu għal 1,049 persuna qiegħda. Iżda dan it-tnaqqis, ma gawdewx minnu ż-żgħażagħ biss. Fil-fatt, in-numru ta’ Għawdxin qiegħda naqsu għal 162 minn 742.
Magħhom hemm dawk li għandhom iktar minn ħamsa u erbgħin sena. Dan il-grupp ta’ persuni ra tnaqqis ta’ elfejn, mija sebgħa u ħamsin persuna qiegda min ħdanu. Filwaqt li dawk li ilhom jirreġistraw iktar minn sena naqsu b’elfejn u seba’ persuni.
Riżultat ieħor ta’ suċċess kien dak ta’ persuni b’diżabbilità li naqsu bin-nofs mill-elfejn u tlettax.
L-akbar tnaqqis seħħ tul l-amministrazzjoni li għaddiet immexxija minn Joseph Muscat fejn in-numru ta’ nies qiegħda naqas b’ 4,848 persuna. Din ifisser tnaqqis ta’ żewġ terzi mill-bidu tal-istess amministrazzjoni.
Tul it-tieni amministrazzjoni Laburista, il-qgħad kompla jonqos bi tlieta u tletin fil-mija u l-ammont ta’ nies jaħdmu qabeż il-240,000.
S’issa fl-2019 kien hemm żieda ta’ sitta punt sitta fil-mija fl-impjiegi meta mqabbel mas-sena l-oħra. Din iż-żieda qabżet bil-bosta t-tbassir tal-Bank Ċentrali u l-Kummissjoni Ewropea li qalu li t-tkabbir ser ikun bejn erba’ u erba’ punt erba’ fil-mija.
Waqt li r-rata tal-qgħad naqset għal tlieta punt ħamsa fil-mija, dawk li jimpjegaw għad għandhom postijiet battala li jammontaw għal erbat elef u ħames mitt impjieg.
Apparti minn hekk, il-paga medja għoliet bi tlieta punt wieħed fil-mija tul din l-aħħar sena għoliet madwar tnejn u għoxrin fil-mija tul dawn l-aħħar 6 snin.