Omar Sudzuka jiddomina fit-tournament tal-Birkirkara Tennis Club Open. Sudzuka t-tennista u coach tal-Asciak Tennis Academy din is-sena qiegħed iġib riżultati ferm prestiġġjuzi hekk kif ukoll jirnexxielu jirbaħ il-Kampjonat tat-Tennis tal-Birkirkara Tennis Club Open meta llum wara nofs in-nhar għeleb lil Matthew Cassar Torreggiani fil-finali ta’ dan it-Tournament bi skor ta’ 6-2, 6-4.
Dan il-kampjonat huwa wieħed mill-aktar kampjonati popolari f’Malta u li din is-sena kellu parteċipazzjoni qawwija ta’ players kemm Maltin kif ukoll minn players barranin. Sudzuka kellu ġurnata ferm impenjattiva peress li filgħodu stess huwa lagħab ukoll is-semi-finali kontra Leon Grun fejn huwa ddomina u għadda għall-finali bi skor ta’ 6-2, 6-4.
Sudzuka huwa tennista Malti b’dixxent Bosniak u li qiegħed juri prestazzjoni ferm mill-aqwa u qiegħed jakkwista riżultati ferm prestiġġjuzi. Aktar kmieni din is-sena huwa fforma parti wkoll mill-kontigent Malti fil-logħob tad-Davis Cup flimkien ma’ Matthew Asciak, Denzil Agius u l-istess Matthew Cassar Torreggiani liema logħob kien ġewwa Ulcinj, fil-Montenegro.
Sudzuka flimkien ma’ Matthew Asciak kien wkoll ir-rebbieh tal-aħħar tournament lokali ‘Marsa Open’ fil- Men Doubles.