Il-proġetti infrastrutturali ta’ pajjiżna qegħdin ikomplu jingħataw dehra isbaħ u xierqa permezz ta’ iżjed pjanti u fjuri.
Bħalissa l-kumpanija Environmental Landscapes Constorium magħrufa wkoll fil-qasir bħala ELC, li tħaddem iżjed minn 260 ħaddiem f’Malta, għaddejja b’xogħlijiet fejn qed jiġu preparati pjanti u siġar differenti li se jkunu qegħdin isebbħu l-infrastruttura ta’ pajjiżna.
Fi żjara lill-ħaddiema ta’ din il-kumpanija f’Wied Inċita, il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol li huma jagħmlu sabiex itejbu l-ambjent.
“Fejn għaddej xogħol ta’ preparazzjoni għall-arbuxelli, pjanti u siġar li ħa jmorru f’dawn il-proġetti infrastrutturali biex b’hekk sinerġija ma’ dak ix-xogħol kollu li qed isir biex b’hekk inkomplu għaddejjin taħt il-kunċett ta’ Grey to Green u nsebbħu dawn il-postijiet li ħa nagħtuhom lura lill-poplu Malti fiż-żmien illi ġej”
Il-Ministru Farrugia saħaq ukoll li dawn it-tip ta’ proġetti ta’ tisbiħ fit-toroq se jkunu anki qed iħallu impatt pożittiv fuq is-saħħa mentali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.