L-ammont ta’ studenti li ġew excluded mill-iskejjel tal-Istat tul din is-sena skolastika, li għadha ma spiċċatx, huwa ogħla mill-ammont li kienu excluded fis-sentejn ta’ qabel.
Fost ir-raġunijiet li għalihom ġew excluded, b’mod ġenerali, kien hemm minħabba ġlied, bullying, kliem dispreġġjattiv, ħażin jew oxxen, nuqqas ta’ rispett lejn l-iskola, ksur tar-regolamenti tal-iskola, ksur tar-regoli ta’ dixxiplina, tħarbit ta’ lezzjonijiet u tal-programm edukattiv tagħhom u ta’ sħabhom l-istudenti, użu mhux proprju ta’ apparat ta’ sigurtà u mġiba ħażina u/jew agressiva.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament, meta l-Ministru għall-Edukazzjoni. Dan qal li n-numru ta’ studenti li ġew excluded mill-iskola fl-iskejjel tal-Istat mis-sena skolastika 2014-15 sal-lum kien hekk:
Sena skolastika 2014/15 – 241 student
Sena skolastika 2015/16 – 262 student
Sena skolastika 2016/17 (sal-lum) – 277 student
In-numru ta’ ġranet ta’ exclusion ivarja minn jum wieħed skolastiku ta’ student wieħed fi skola waħda għal 137 jum ta’ tkeċċija akkumulati mferrxa fuq numru ta’ studenti fi skola waħda, sena sena.
In-numru ta’ studenti li ġew excluded mill-iskola fl-iskejjel mhux tal-Istat mis-sena skolastika 2014-15 sal-lum kien hekk:
Sena skolastika 2014/15 – 56 student
Sena skolastika 2015/16 – 74 student
Sena skolastika 2016/17 (sal-lum) – 64 student
In-numru ta’ ġranet ta’ exclusion ivarja minn nofs jum tal-iskola għal 25 ġurnata.