Is-sena li għaddiet, kienu sebgħa u tmenin elf mija u disgħin, l-istudenti barranin li attendew skejjel liċenzjati f’pajjiżna li jgħallmu l-Ingliż. Sittin fil-mija minnhom kienu nisa.
Ċifra li tirriżulta f’żieda ta’ tlettax punt sitta fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.
STUDENTI BARRANIN JISTUDJAW L-INGLIŻ F’PAJJIŻNA | |
2017 | 87,190 |
2016 | 76,730 |
Il-maġġoranza ta’ dawn l-istudenti, kważi tletin fil-mija, kienu ġejjin mill-Italja. Ħdax fil-mija oħra kienu mill-Ġermanja u għaxra fil-mija minn Franza.
Kważi l-istudenti kollha kellhom ħmistax-il sena jew inqas, għalkemm l-etajiet varjaw, tant li kien hemm studenti li kellhom iktar minn ħamsin sena.
L-iktar xogħol bieżel is-sena l-oħra għall-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż f’pajjiżna kien Lulju, b’aktar minn sebgħin fil-mija tal-istudenti attendew il-kors offrut f’dan ix-xahar.
L-istudenti li attendew dawn il-korsijiet qattgħu xejn inqas minn mitejn u erbgħa u erbgħin elf ġimgħa f’pajjiżna.
Matul l-istess sena kien hemm elf mitejn u ħamsa u għoxrin għalliem u għalliema jedukaw lill-istudenti; bil-maġġoranza tagħhom kienu nisa u kellhom bejn tmintax u erbgħa u għoxrin sena.
Intant f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Konrad Mizzi rrimarka li din hi aħbar pożittiva li nkisbet mill-industrija tat-tgħallim tal-Ingliż gekk kif ġie rreġistrat tkabbir ta’ 13.6% meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Mizzi