U s-sorpriżi dejjem jiżdiedu u jisbieħu ghal dawk il-Maltin u l-Għawdxin li tassew jistħoqilhom u dan kull nhar ta’ Sibt flimkien ma’ Joseph Chetcuti u t-tim tieghu ta’ Arani Issa li bħal kull nhar ta’ Sibt iwaħħluna quddiem it-televizjoni tagħna sabiex niċċelebraw il-vera valuri Maltin u Għawdxin fl-aqwa tagħhom!
Iva għaliex ta’ kull nhar ta’ Sibt, stejjer mill-isbaħ u nies ta’ veru li ħajjithom hija ta’ eżempju għal kulħadd. Hekk hija l-istorja ta’ kuraġġ ta’ Doreen u t-tifla tagħha Emelin fejn naraw u napprezzaw il-veru imħabba ta’ bejn omm u bint. Hekk ukoll l-istroja ta’ Ramiro u l-kuraġġ kbir tieghu u ta’ familtu kif ukoll dik ta’ Shirley wara t-telfa traġika ta’ ħuwha, mumenti emozzjonanti li jmissu l-qlub bla dubju ta’ kull wieħed u waħda minnkom!
U din il-ġimgha Joseph Chetcuti ser ilaqqana’ ma’ kantanta li hija mhux bhiss brava iżda wkoll kuraġġjuza Clintesse – din il-kantanta fetħet qalbha ma’ Joseph u tirrakkonta l-esperjenza tagħha kemmxejn diffiċli iżda ammirevoli, dak li hi tgħaddi minnu, dak li hi tħoss u wkoll dak li hi llum irnexxielha tirbah b’tant stamina u twemmin fiha nnifisha.
U Joseph ifakkarna wkoll li jekk xi ħadd irid japplika għall-edizzjoni li jmiss, ftakru kulma għandkom tagħmlu li ċċemplu fuq 9922 9011 jew tagħmlu kuntatt fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Arani issa.