Fl-episodju ta’ din il-ġimgħa ‘L-AĦWA FL-AWSTRALJA’ se jiltaqgħu ma’ żewġ familji: il-familja Agius f’Melbourne u l-familja Debono f’Sydney.
Il-Familja Agius, madwar il-mejda tal-ikel tad-dar tagħhom, jirrakkuntaw kif telqu minn Malta bix-xejn u b’ħafna xogħol u sagrifiċċji rnexxielhom joħolqu futu sabiħ. Se naraw kif sa ftit ilu, l-familja kellhom l-annimali tagħhom u kienu jagħmlu l-ġbejniet biex ibiegħuhom fl-Awstralja, tant li se naraw lil Fabian u Keith li rnexxielhom iduqu l-aħħar ġbejniet tal-familja Agius.
Il-programm se joħodna ukoll Sydney fejn l-aħwa se jiltaqgħu maz-ziju Johnny tal-Awstralja u l-familja tiegħu li telaq minn Malta bix-xejn u beda jaħdem bħala printer u jiġbor il-fliexken, biex maż-żmien irnexxielu jibni futur sabiħ għalih u l-familja. Fabian u Keith jiltaqgħu ukoll ma’ David Debono li kellu 10 snin meta telaq minn Malta u se jlaqqana mal-familja sabiħa tiegħu u n-neputija Ayla.
L-AĦWA FL-AWSTRALJA jixxandar l-Erbgħa fid-8:40pm fuq ONE