Frażi li jħobb juża’ ħafna Joseph Chetcuti matul dawn it-18-il edizzjoni ta’ Arani Issa, hija tassew dik li permezz ta’ l-imsemmi programm ‘Il-ħolm verament issir Realta’!’ u kull nhar ta’ Sibt filgħaxija, Joseph u t-tim tiegħu jipprovaw jagħmlu dan tassew!
Żgur li m’hemmx isbaħ minn reunion sabiħa sabiex taqta’ x-xewqa mhux biss ta’ persuna waħda iżda ta’ familja sħiħa hekk kif l-għeżież tagħha jingħaqdu sabiex għal darb’oħra jsiru familja waħda u magħquda fejn id-differenzi jintnesew u l-għaqda tirrenja! Fil-programm ta’ din il-ġimgħa li gej ser napprezzaw wkoll il-kuraġġ ta’ Carmen, mara Rabtija b’imħabba kbira lejn il-ħajja u dak li l-istess ħajja tista’ toffri.
Din il-ġimgħa wkoll, żgur li t-telespettaturi m’humiex ser jinsew il-ħlewwa u s-simpatija ta’ Lorry, raġel speċjali u uniku li minkejja li ġarrab il-mewt tat-tifla tiegħu, telfa mhux mistennija, xorta waħda dan ir-raġel uniku jferrah lil kull min huwa madwaru b’azzjonijiet żgħar li jmissu l-qlub ta’ kulħadd!
Għalhekk, din il-ġimgħa, Arani Issa huwa l-għażla sabiex tgħaddi Sibt ieħor speċjali ma’ Joseph u t-tim tiegħu, fit-8:35pm fuq ONE