Il-Gvern Ġermaniż se jkun qed jassisti lil Gvern Malti f’dik li hija sigurtá tul is-summit informali tal-Unjoni Ewropea li se jsir f’pajjiżna fit-3 ta’ Frar, 2017.
Il-Ġermanja se tkun qed toffri l-assistenza tagħha lill-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ sistema tar-radar bl-għan li tiżdied is-sigurtá matul is-summit.
Fi stqarrija, l-Gvern Malti rringrazzja lill-Gvern Ġermaniż tal-kontribuzzjoni li se jkun qed jagħti matul dan l-avveniment importanti.