Bosta siġar taż-Żnuber qegħdin fi triqthom lejn it-Telgħa tas-Saqqajja biex jitħawlu. Dawn is-siġar se jkunu qegħdin jitħawlu fiż-żewġ rinġieli ta’ siġar li hemm fil-ġenb tal-istess triq. Dawn is-siġar taż-Żnuber se jkunu qegħdin jieħdu post siġar li kienu mietu u qatt ma nbiddlu.
Fil-proġett tas-Central Link, se jkunu qegħdin jitħawlu 539 siġra indiġena fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Dan it-tħawwil ifisser żieda ta’ 285 siġra aktar milli hemm illum.