It-temperatura illum u għada l-Ħadd mistennija tilħaq it-32 Grad Celsius u tibda tinħass sa 35 Grad Celsius, fejn filgħaxija mistennija tinżel għal 22 Grad Celsius.
Ir-riħ mistenni jibda b’Forza 2/3 mill-Punent sakemm jilħaq Forza 3/4 sal-Ħadd.
Hekk kif tibda l-ġimgħa l-ġdida, ir-riħ mistenni jkun Forza 3/4 mill-Punent u t-temperatura mistennija titla’ għal 33 Grad Celsius, tinħass 35 Grad Celsius, bit-temperatura filgħaxija mistennija tinżel għal 23 Grad Celsius. Dan skont rapport fuq First Malta.
Sa tmiem il-ġimgħa, nhar il-Ġimgħa li ġej, it-temperatura mistenna tgħola għal 35 Grad Celsius, tinħass għal madwar 37 Grad Celsius, fejn filgħaxija mistennija tinżel għal 23 Grad Celsius.
Importanti li wieħed jixrob biżżejjed ilma, jevita li joqgħod f’xemx diretta u jekk joħroġ jieħu kull prekwazzjoni neċessarja.
Importanti wkoll li kull min għandu xi pet bħala membru tal-familja, iżomm f’moħħu li dawn huma simili bħal bnedmin u anke huma jħossu s-sħana u jkollhom bżonn jixorbu iktar.
B’hekk wieħed għandu jipprovdi biżżejjed ilma frisk, kenn mix-xemx u mis-sħana u importanti li s-sid jevita li joħroġ lill-kelb jew kwalinkwe annimal għal dawra fl-agħar ħinijiet tax-xemx.