Matul illejl tal-Milied twettqu diversi spezzjonijiet fi stabbilimenti ta’ divertiment madwar Malta fosthom il-Gżira u Paceville mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.
6 irġiel; 3 Maltin u 3 ta’ nazzjonalita’ Libjana, li l-età tagħhom tvarja bejn 17 u 38 sena.
Fil-pussess ta’ żewġ Maltin u t-tliet barranin instabet sustanza suspettata pjanta tal-kannabis, filwaqt li fil-pussess tal-Malti l-ieħor, residenti ġewwa l-Isla, nstabu madwar 100 pillola suspettata ecstasy.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. A Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li l-Malti mistenni jitressaq il-Qorti għada.