Il-Korea ta’ Fuq avżat li aktar sanzjonijiet fuqha ser iservu biss biex jaċċeleraw il-programm nukleari tagħha.
Fi stqarrija bi kliem qawwi fuq ix-xandir tal-istat, il-Korea ta’ Fuq ddeskriviet is-sanzjonijiet ġodda imposti mill-Ġnus Magħquda bħala “l-iktar att brutali, immorali u inuman ta’ ostilità”.
Safrattant, il-presidenti tal-Istati Uniti u taċ-Ċina qablu biex mhux biss ma jtaffux l-pożizzjoni tagħhom fuq Pyongyang talli “jimmassimizzaw il-pressjoni” fuq dan l-istat, b’infurzar aktar qawwi ta’ reżoluzzjonijiet tal-ĠM.
Il-Korea ta’ Fuq sparat l-aħħar missila tagħha il-Ġimgħa li għadda, li vjaġġat tul ta’ 3,700 kilometru fuq l-istat Ġappuniż. Din id-distanza hija biżżejjed biex mill-Korea ta’ Fuq tintlaħaq ukoll l-gżira Amerikana ta’ Guam, li huwa pjan magħruf tal-mexxej Kim Jong Un.
Intant l-aktar sanzjonijiet riċenti tal-ĠM jinkludu l-pjan biex l-Korea titħalla mingħajr fjuwil u żejt, kif ukoll biex jitwaqqaf id-dħul mill-programm tal-armi u anke mill-esportazzjoni tat-tessuti tagħha.
Dawn il-miżuri ġodda jsegwu is-sitt test nukleari mill-Korea ta’ Fuq fil-bidu ta’ dan ix-xahar, li kien l-aktar test b’saħħtu rrekordjat sa issa.