Madwar 90 persuna tilfu ħajjithom f’ erba’ stati tal-Indja hekk kif Monsoon laqat il-pajjiż u ikkawża ħsara estensiva.
Is-segretarju prinċipali tal-Bihar, Vyas Ji, spjega kif is-sajjetti huma komuni matul Monsoon, iżda saħaq li matul din is-sena raw żieda sostanzjali.
Il-Gvern spjega li fis-sena 2014, 2,582 persuna mietet kawża ta’ dawn is-sajjetti. Dan iwassal biex ikunu ikkunsidrati bħala l-iżjed fattur li ikkawża imwiet fl-Indja.