Bosta riżultati pożittivi inkisbu minn weightlifters maltin waqt il-European Weightlifting Union Cup f’ Ljubljana s-Slovenja.
Wara li fl-ewwel ġurnata Kim Camilleri Lagana rebħet il-kategorija U15-il sena, fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni kien hemm rekord nazzjonali fil-kategorija 64 kg. Dan wasal minn Tenisha Thornton fejn minkejja li falliet il-Clean & Jerk, hija refgħet 86 kilo fl-isnatch.
Fil-kategorija U17-il sena Rylee Borg spiċċa fil-ħames post minn 11-il weightlifter meta kellu refa’ ta’ 108 kg fl-isnatch u 138 kg fil-Clean & Jerk u total ta’ 246 kilo.
Mariah Grima għamlet 51 kg fl-isnatch u 76 kg fil-Clean & Jerk u total ta’ 176 punt. Min-naħa tagħha Rheanna Briffa kellha 178 punt wara li għamlet 50 kg fl-isnatch u 70 kg fil-Clean & Jerk.